Fl-aħħar sigħat, fiequ 57 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 20 każ minn fost 1,628 test.
Dan ifisser li 98.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 856,718-il test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 307,636 tilqima. Minnhom, 98,677 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar sigħat, ma kienet irreġistrata l-ebda mewt ta’ persuna waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19.