Fl-aħħar sigħat fiequ 56 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 86 każ minn fost 3,496 test, biex bħalissa hawn 643 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,152,894 test.
Ingħataw ukoll 788,292 doża tal-vaċċin. Minnhom, 409,498 persuna ħadu l-ewwel doża u 407,154 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tnejn minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, anzjana ta’ 96 sena u anzjan ta’ 79 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.