Fl-aħħar sigħat fiequ 552 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 286 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 8,698.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,184,262 doża tal-vaċċin, li minnhom, 315,683 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 94 persuni li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Tmienja minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, raġel ta’ 47 sena, żewġ anzjani rġiel ta’ 75 u 79 sena flimkien ma’ tliet nisa anzjani ta’ 75, 79 u 97 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.