Fl-aħħar sigħat, fiequ ħames mija u tmienja u erbgħin persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u tnejn u erbgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tmint elef, disa’ mija u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mija disgħa u sebgħin elf, disa’ mija u wieħed u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u tlettax-il elf u sittin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u żewġ persuni li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Tmienja minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, erbat anzjani nisa ta’ sebgħin sena, ta’ sebgħa u sebgħin sena, ta’ tnejn u tmenin sena u ta’ tnejn u disgħin sena kif ukoll anzjan ta’ sebgħa u sebgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.