Fl-aħħar sigħat, fiequ 542 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 437 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 14,053.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,133,334 doża tal-vaċċin, li minnhom, 278,153 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 131 persuna li huma nfettati bil-Covid-19 qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 84 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.