Fl-aħħar sigħat fiequ 542 persuna mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 323 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 4,487.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,198,156 doża tal-vaċċin, li minnhom, 323,542 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 90 persuna infettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-isptar Mater Dei.
Ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa, żewġt irġiel ta’ 61 sena u ieħor ta’ 77 sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.