Fl-aħħar sigħat fiequ erbgħa u ħamsin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u sitt każijiet.
Il-każijiet attivi bħalissa huma elf, mija, u tmienja u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija, sitta u ħamsin elf, tliet mija u tmienja u tletin dożi tal-vaċċin, li mija u għoxrin elf, ħames mija u tmienja u għoxrin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm tnax-il persuna pożittiva għall-Covid-19, li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.