Fl-aħħar sigħat fiequ 54 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 49 każ minn fost 3,249 test, biex il-każijiet attivi niżlu għal 636.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,181,558 test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 795,190 doża tal-vaċċin. Minnhom, 412,948 kienu l-ewwel doża u 411,798 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 32 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; b’persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mietet mara ta’ 85 sena li kienet pożittiva għall-COVID-19.