Fl-aħħar sigħat fiequ 54 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 75 każ minn fost 3,709 testijiet, biex bħalissa hawn 704 każijiet attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,198,067 test.
Ingħataw ukoll 797,562 doża tal-vaċċin. Minnhom, 414,285 persuna ħadu l-ewwel doża u 413,041 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 34 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tnejn minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, illum ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.