Fl-aħħar sigħat fiequ 53 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 51 każ minn fost 3,125 test, biex il-każijiet attivi niżlu 641.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,156,019-il test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 789,540 doża tal-vaċċin. Minnhom, 410,087 kienu l-ewwel doża u 408,010 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, bi 2 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl -aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.