Fl-aħħar sigħat, fiequ 52 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 39 każ minn fost 1,985 test.
Dan ifisser li 98.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 846,001 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 f’Malta, ingħataw 274,641 tilqima.
Minnhom, 84,152 ħadu t-tieni doża.
Fl-aħħar sigħat, ma kienet irreġistrata l-ebda mewt ta’ persuna waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.