Fl-aħħar sigħat fiequ 52 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 47 każ minn fost 2,036 test.
Dan ifisser li 97.7% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.3% ġew pożittivi.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 244,718-il doża. Minnhom, 71,481 persuna ħadu t-tieni doża.
Fl-aħħar sigħat reġa’ ma kienx hemm persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Coronavirus.