Fl-aħħar sigħat fiequ 51 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 50 każ minn fost 3,278 test, biex il-każijiet attivi niżlu għal 635.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,184,836.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 795,566 doża tal-vaċċin. Minnhom 413,174 kienu l-ewwel doża u 412,002 persuni huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 27 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; b’tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma kien hemm l-ebda mwiet b’rabta mal-covid-19.