Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u ħamsin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew ħamsa u għoxrin każ biex il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu sitt mija u sbatax.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u ħdax-il elf, mija u tlieta u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom, erbat elef, tminn mija, u wieħed u għoxrin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm wieħed u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.