Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u ħamsin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew għoxrin każ biex il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu ħames mija u sitta u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u ħdax-il elf, seba’ mija u erba’ dożi tal-vaċċin, li minnhom, ħamest elef, u disgħa u ħamsin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm tnejn u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.