Fl-aħħar sigħat fiequ 50 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 34 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 723.
Sal-bieraħ, ingħataw 804,841 doża tal-vaċċin.
1,938 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, miet anzjan ta’ 96 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.