Fl-aħħar sigħat fiequ 50 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 53 każ minn fost 3,025 test, biex il-każijiet attivi huma 667.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,162,291 test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 791,240 doża tal-vaċċin. Minnhom, 410,856 kienu l-ewwel doża u 409,136 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 41 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, bi 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl -aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.