Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 25 każ minn fost 2,495 test li saru, biex bħalissa hawn 110 każijiet attivi.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,003,842 test.
Ingħataw ukoll 692,581 doża tal-vaċċin. Minnhom, 365,611 kienu l-ewwel doża u 341,765 persuna, issa huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19