Fl-aħħar sigħat fiequ 5 persuni mill-Coronavirus u feġġew 3 każijiet minn fost 2,024 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 74 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 941,197 test.
Ingħataw ukoll 551,494 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 327,155 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 233,826 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.