Fl-aħħar sigħat fiequ disgħa u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sitta u sebgħin każ minn fost erbat elef u tlieta u erbgħin test, biex il-każijiet attivi huma sitt mija u tlieta u tmenin
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u erbgħa u disgħin elf, tliet mija u tmienja u ħamsin test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll seba’ mija u sebgħa u disgħin elf, u sbatax-il doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u tlettax-il elf, disa’ mija u ħamsa u tmenin kienu l-ewwel doża u erba’ mija u tnax-il elf u seba’ mija u sebgħa u sittin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm wieħed u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.