Fl-aħħar sigħat fiequ 49 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 18-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 523.
Sal-bieraħ, ingħataw 813,115-il doża tal-vaċċin, li 5,450 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 23 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.