Fl-aħħar sigħat fiequ 49 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 37 każ minn fost 2,601 test, biex bħalissa 710 każijiet attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,211,456 test.
Ingħataw ukoll 799,214-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 415,254 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 413,844 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 29 pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tnejn minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, anzjan ta’ 77 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.