Fl-aħħar sigħat fiequ 49 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 37 każ minn fost 2,243 test.
Dan ifisser li 98.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.6% ġew pożittivi.
In-numru ta’ każijiet attivi issa niżel għall-536, l-iżgħar ammont f’sitt xhur.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 830,740 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 237,806 dożi. Minnhom, 67,491 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana 96 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.