Fl-aħħar sigħat fiequ sebgħa u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma erba’ mija u tmienja u tmenin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u erbatax-il elf, u sebgħa u sittin doża tal-vaċċin, li ħamest elef, seba’ mija u tmienja u disgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm ħmistax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.