Fl-aħħar sigħat fiequ 47 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 65 każ minn fost 2,210 test.
Dan ifisser li 97.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi, 2.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 824,234 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 223,020 doża. Minnhom, 61,111-il persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 78 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.