Fl-aħħar sigħat fiequ ħamsa u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew tmien każijiet, biex il-każijiet attivi niżlu għal tliet mija u tlieta u tletin.
Sal-bieraħ ingħataw, tmien mija u għoxrin elf, erba’ mija u ħamsa u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom disat elef, ħames mija u erbgħa u erbħgin kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm ħdax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.