Fl-aħħar sigħat fiequ 45 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 25 każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma 696
Sal-bieraħ, ingħataw 808,968 doża tal-vaċċin, li minnhom 4,001 kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 22 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erba’ minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, żewġ anzjani ta’ 67 sena u 74 sena mietu waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.