Fl-aħħar sigħat, fiequ 441 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 190 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 3,345.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,208,617-il doża tal-vaċċin, li minnhom, 328,825 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 93 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 5 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, miet anzjan ta’ 92 sena li kien pożittiv għall-Covid-19.