Fl-aħħar sigħat fiequ 44 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 16-il każ, biex il-każijiet attivi niżlu għal 443.
Sal-bieraħ, ingħataw 816,136 doża tal-vaċċin, li minnhom 6,552 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 17-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.