Fl-aħħar sigħat fiequ 44 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 68 każ minn fost 3,247 test, biex bħalissa hawn 664 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,159,266 test.
Ingħataw ukoll 790,833 doża tal-vaċċin. Minnhom, 410,650 persuna ħadu l-ewwel doża u 408,885 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, 3 minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, anzjan ta’ 88 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.