Fl-aħħar sigħat fiequ 43 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 38 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma ta’ 740.
Sal-bieraħ, ingħataw 803,975 doża tal-vaċċin. 1,796 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 28 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei u tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.