Fl-aħħar sigħat fiequ 43 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 35 każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma 723.
Sal-bieraħ, ingħataw 805,479 doża tal-vaċċin.
2,240 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 35 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei.
4 minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.