Fl-aħħar sigħat fiequ tlieta u erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew tletax-il każ, biex il-każijiet attivi niżlu għal tliet mija u wieħed u disgħin.
Sal-bieraħ ingħataw, tmien mija u sittax-il elf, sebgħa mija u sebgħa u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom sitt elef, disa’ mija u tmienja kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm sbatax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.