Fl-aħħar sigħat fiequ 43 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 72 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 1,080.
Sal-bieraħ, ingħataw 949,337 doża tal-vaċċin, li minnhom, 113,857 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 15-il persuna bil-Covid li qed jieħdu l-kura l-isptar, li persuna minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.