Fl-aħħar sigħat fiequ 43 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 49 każ minn fost 3,998 test, biex il-każijiet attivi bħalissa huma 723.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,208,855 test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 799,148 doża tal-vaċċin. Minnhom, 415,210 kienu l-ewwel doża u 413,811 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mietu mara ta’ 69 sena, u raġel ta’ 41 sena, li kienu pożittivi għall-COVID-19.