Fl-aħħar sigħat fiequ 43 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 24 każ biex il-każijiet attivi niżlu għal 554.
Sal-bieraħ, ingħataw 812,828 doża tal-vaċċin, li minnhom, 5,389 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 21 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, fl-aħħar sigħat mietet anzjana ta’ 91 sena li kienet pożittiva għall-COVID-19.