Fl-aħħar sigħat fiequ 41 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 60 każ minn fost 1,580 test.
Dan ifisser li 96.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 847,581 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 276,516-il doża. Minnhom, 84,933 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrapportati l-ebda imwiet b’rabta mal-Covid-19.