Fl-aħħar sigħat fiequ 41 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 58 każ minn fost 2,001 test.
Dan ifisser li 97.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 838,522 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 254,885 doża. Minnhom, 76,593 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma ġiet irreġistrata ebda mewt b’rabta mal-Covid-19.