Fl-aħħar sigħat, fiequ erba’ mija u disgħa persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew disa’ mija u tnejn u għoxrin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbatax-il elf, sitt mija u tnejn u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, sebgħa u disgħin elf, u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u sitta u erbgħin elf, erba’ mija u erbgħa u sittin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u wieħed u għoxrin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa raġel ta’ ħamsa u sittin sena u anzjana ta’ disgħa u sittin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.