Fl-aħħar sigħat, fiequ 401 mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 191 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 3,133.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,209,784 doża tal-vaċċin, li minnhom, 329,387 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 93 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 5 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mietu żewġ anzjani rġiel ta’ 75 u 85 sena waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.