Fl-aħħar sigħat fiequ 40 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 50 każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma 731.
Sal-bieraħ, ingħataw 805,439 doża tal-vaċċin.
2,240 minnhom kienu dożi addizzjonali, li bdew jingħataw minn din il-ġimgħa lill-anzjani fid-djar tal-anzjani u fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 33 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei. Erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, mietu anzjan ta’ 83 sena u anzjana ta’ 84 waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.