Fl-aħħar sigħat fiequ erbgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħamsa u tletin każ minn tlett elef erba’ mija u erbgħin test, biex il-każijiet attivi huma sitt mija, wieħed u tmenin.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u tmienja u sittin elf, tliet mija u sebgħa u tmenin test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll seba’ mija, tnejn u disgħin elf, mija u tlieta u sebgħin doża tal-vaċċin.
Minnhom, erba’ mija u ħdax-il elf, tliet mijau sitta kienu tal-ewwel doża u erba’ mija u disat elef, disa’ mija u disgħa u sittin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sebgħa u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl -aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ ħamsa u sittin sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.