Fl-aħħar sigħat fiequ 4 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 2 każijiet minn fost 1,721 test.
Dan ifisser li l-każijiet attivi niżlu għal 62. Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 951,303 testijiet.
Ingħataw ukoll 582,206 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 335,791 persuna ħadu l-ewwel doża, u 256,079 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għas-sbatax-il jum konsekuttiv, ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.