Fl-aħħar sigħat fiequ 390 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 248 minn fost 4,470 test.
Dan ifisser li 94.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u fil-mija 5.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 733,474 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 101,776 doża. Minnhom, 34,181 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ tmienja u tmenin sena li kien pożittiv għall-Covid-19 tilef ħajtu.