Fl-aħħar sigħat fiequ disgħa u tletin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sitta u tmenin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma disa’ mija erbgħa u ħamsin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mja, sitta u tletin elf, tmien mija, ħmistax-il doża tal-vaċċin, li mija u elfejn, tliet mija u ħamsa u tletin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm sbatax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.