Fl-aħħar sigħat fiequ 38 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 67 każ minn fost 1,808 testijiet.
Dan ifisser li 96.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 3.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 844,016 -il test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 269,763 doża. Minnhom, 82,486 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu tlett irġiel ta’ 79, 77 u 61 sena u mara ta’ 63 sena.