Fl-aħħar sigħat fiequ 38 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 30 każ minn fost 1,785 test.
Dan ifisser li 98.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 876,070 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 352,421 doża. Minnhom, 111,318-il persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.