Fl-aħħar sigħat, fiequ tmienja u tletin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija u tlieta u erbgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, erba’ mija u tlettax.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, disgħa u erbgħin elf, sitt mija, u erbgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija, sitta u erbgħin elf, sitt mija u sitta u sittin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm disgħa u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, anzjan ta’ disgħa u tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.