Fl-aħħar sigħat fiequ 37 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 57 każ minn 2,656 test, biex il-każijiet attivi huma 687.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,164,947 test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll 791,292 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 410,884 kienu tal-ewwel doża u 409,183 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 39 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl -aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.