Fl-aħħar sigħat fiequ 361 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew ħames 510 każijiet minn fost 4,423 test.
Dan ifisser li 88.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 11.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 737,897 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 105,416 doża. Minnhom, 35,093 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 73 sena u raġel ta’ 64 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.